L-Erbgħa, 2 ta’ Lulju 2008

Il-Festa Titulari mil-Lenti Tagħkom... Aktar Ritratti

Komplew jidħlu aktar ritratti tal-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata. Din id-darba mingħand Anthony Cini. Grazzi mill-qalb.

L-ewwel ritratti juri l-Istatwa Titulari ta’ Marija Annunzjata, xogħol Mastru Xandru Farrugia (1829) armata fin-navata tal-Knisja.

Ta’ min jinnota li dawn ir-ritratti ttieħdu fil-Festa tas-sena l-oħra tant li fihom jidher id-damask qabel ma sar xogħol estensiv ta’ tiswija u restawr fuqu, liema xogħol sar b’mod volontarju minn għadd ta’ ħajjata Tarxiniżi taħt il-kordinazzjoni ta’ Paul Mula.





L-aħħar ritratt juri l-istatwa ta’ l-Anġlu tal-Marċ, xogħol ta’ l-istatwarju u mgħallem tal-kartapesta Karlu Darmanin.

Dan l-Anġlu jirrappreżenta l-qerda ta’ l-ereżija ta’ Nestorju li ċaħad li l-Madonna hija Omm Alla.


1 comment:

Anonymous said...

Inheggeg lill-membri ta l-Ghaqda tan-Nar San Gabriel biex nhar it-tnejn 28 ta' Lulju jattendu ghal Laqgha Generali li sejra ssir fil-Kazin tal-Banda Marija Annunzjata fit 8:00pm. Nixtieq infakkar ukoll li l-biljetti ghal BBQ li ser isir fit 2 t' Awissu gewwa li Splash & Fun jinsabu ghal bejgh mill-mahzen tal-festa jew mill-bar tal-kazin tal-banda.
EJJEW HA NIEHDU GOST FLIMKIEN VMA
QAWWA TITULARI