It-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2008

Festa oħra lill-Madonna


Grazzi kbira lill-Madonna hekk kif għaddiet ċelebrazzjoni oħra ad unur tagħha wara li l-bieraħ il-Kongregazzjoni tal-Madonna tad-Duttrina għamlet il-Festa tal-Madonna taħt it-tiltu tal-Litanija ‘Tron ta’ l-Għerf’, xahrejn wara li l-poplu kollu ta’ Ħal Tarxien iċċelebra bil-kbir il-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata.

Issa jmiss li fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru l-Parroċċa tiċċelebra l-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura u aktar tard fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru l-komunità Parrokkjali tiċċelebra l-Festa tal-Madonna tar-Rużarju Mqaddes. Imbagħad fit-8 ta’ Diċembru niċċelebraw il-Konċepiment Immakulat ta’ Marija, ftit jiem qabel il-Milied Imqaddes tal-Mulej.

Marija Annunzjata, Padruna tal-Parroċċa u tar-raħal kollu, tberikna lkoll.

L-Erbgħa, 16 ta’ Lulju 2008

Il-Knisja tiċċelebra l-‘Ġmiel tal-Karmelu’


Illum is-16 ta’ Lulju l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Beata Verġni Marija, Omm u Ġmiel tal-Karmelu.
Din il-festa tattira devozzjoni kbira fil-gżejjer Maltin, frott il-ħidma tal-Patrijiet Karmelitani, partikolarment fil-lokalitajiet fejn għandhom il-kunventi tagħhom. Il-qofol tal-festa jintlaħaq illum fil-Belt Valletta, fis-Santwarju Bażilika Karmelitana.
Fid-9.15 am: Konċelebrazzjoni Solenni tal-Festa mmexxija mill-W.R. Patri Alexander Vella, O.Carm., Prijol Provinċjali, bis-sehem tar-Reliġjużi Karmelitani. Fis-6.45 pm: Purċissjoni forma ta’ pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt bil-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu.
Għalina t-Tarxiniżi l-Ordni Karmelitan għandu jsib post speċjali f’qalbna peress li jiċċelebra il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej fil-25 ta’ Marzu, bħala waħda miċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin tiegħu. Tant hu hekk li l-ewwel Knejjes Karmelitani f’Malta huma dedikati lit-Tħabbira tal-Mulej fosthom dik fl-Imdina u l-oħra tal-Lunzjata fir-Rabat.

It-Tnejn, 14 ta’ Lulju 2008

Rassa kbira fil-Festa Titulari

Qed nippublikaw aktar ritratti, din id-darba juru r-rassa kbira tan-nies li jattendu bi ħġarhom għall-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni tal-Lunzjata nhar il-festa tagħha f’Mejju.







Il-Ħadd, 13 ta’ Lulju 2008

Il-Madonna ‘Tron ta’ l-Għerf’

Fil-Parroċċa tagħna jinsabu mwaqqfin ħames fratellanzi.

L-eqdem fosthom, dik tas-Ssmu. Sagrament u dik tal-Madonna tar-Rużarju Mqaddes, twaqqfu fl-1597 fil-Knisja l-antika tal-Lunzjata li kienet tinsab fl-inħawi ‘tal-barrani’, fejn illum hemm wieqfa niċċa kbira tal-ġebel dedikata lil-Lunzjata.

Wara dawn twaqqfu l-fratellanzi tal-Madonna taċ-Ċintura u tal-Kunċizzjoni u aktar tard il-Kongregazzjoni tal-Madonna tad-Duttrina.

B’hekk f’Ħal Tarxien, apparti l-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata bħala Padruna tal-Parroċċa, jiġu ċelebrati erba’ festi oħrajn: Corpus Domini ċelebrat Ħadd fuq it-Trinità Qaddisa; il-Madonna tar-Rużarju Mqaddes fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru; il-Madonna taċ-Ċintura fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru, il-Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru u l-Madonna tad-Duttrina ċelebrata Ħadd fuq is-16 ta’ Lulju.

Minn dawn baqgħu jiġu ċelebrati s-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej u l-Madonna tar-Rużarju Mqaddes bħala festi tal-komunità parrokkjali, bis-sehem tal-fratellanzi kollha tal-Parroċċa, u l-festa tal-Madonna tad-Duttrina, meqjuma fil-Litanija tal-Madonna bħala ‘Tron ta’ l-Għerf’, bis-sehem tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina.

Din is-sena l-Festa tal-Madonna tad-Duttrina se tkun ċelebrata nhar il-Ħadd 20 ta’ Lulju. Il-festi jiftħu bl-ewwel jum tat-Tridu nhar il-Ħamis, 17 ta’ Lulju, b’quddiesa bil-priedka minn Patri Alex Cauchi OSA. Il-Ġimgħa u s-Sibt ikomplu bit-tieni u t-tielet jiem tat-Tridu.

Imbagħad il-Ħadd 20 ta’ Lulju quddiesa fid-9.00am u purċissjoni fis-7.00pm.

Is-Sibt, 12 ta’ Lulju 2008

Is-Sibtijiet tar-Rużarju


Illum, is-Sibt 12 ta’ Lulju 2008, tkompli d-devozzjoni tas-Sibtijiet tar-Rużarju.

Din id-devozzjoni, marbuta mal-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju u l-qima li l-Madonna taħt dan it-titlu tgawdi fost il-poplu Tarxiniż, tikkonsisti fi 15-il Sibt bi tħejjija għall-festa fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.

Is-Sibtijiet tar-Rużarju bdew il-ġimgħa l-oħra b’Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-priedka.

L-ewwel Sibt fakkar l-Ewwel Misteru tar-Rużarju: it-Tħabbira tal-Mulej lill-Verġni Mbierka Marija li kellha ssir Omm Alla. Illum, it-tieni Sibt tar-Rużarju, hu marbut mat-Tieni Misteru: iż-Żjara ta’ Marija lil Santa Eliżabbetta.

Il-Ħamis, 10 ta’ Lulju 2008

Aktar ritratti tal-Festa Titulari


F’dawn l-aħħar jiem komplew jidħlulna aktar ritratti tal-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata. Ħajr mill-qalb lil Clyde Dalli ta’ dawn ir-ritratti.

L-ewwel ritratt juri dettal sabiħ ta’ wiċċ il-Madonna, mnaqqxa b’ħila kbira minn Xandru Farrugia (1829).

“Inti l-isbaħ fost in-nisa,
ġmielek jimla’ kullimkien,
dan ir-raħal bdiltu f’ġenna,
l-isbaħ opra tal-ħolqien.”

Ritratti oħrajn juru l-logħob tan-nar maħdum b’sengħa mill-membri u d-dilettanti fi ħdan l-Għaqda tan-Nar San Gabriel, kif ukoll l-armar ta’ Triq Paola u l-Marċ ta’ l-Anġlu fi tmiem in-Novena.


Ma’ dawn qed nippubblikaw ukoll ritratt sabiħ li juri l-aħħar mumenti tal-purċissjoni bl-Istatwa Titulari tal-Lunzjata hekk kif waslet f’Misraħ is-Suq, ftit tal-ħin qabel id-dħul trijonfali tagħha fil-Knisja Parrokkjali.

Ħajr mill-qalb lil Sammy Busutill ms-Sezzjoni Żgħażagħ ta’ l-Għaqda Muzikali Marija Annunzjata.




Sejba prejstorika ġdida f’Ħal Tarxien

Il-ġurnal The Times (8 ta’ Lulju 2008) irrapporta dan li ġej dwar dak li qed jitqies bħala l-aktar sejba prejstorika mportanti f’dawn l-aħħar 18-il sena, fl-inħawi tat-Tempji Neolitiċi f’Ħal Tarxien:

Important archaeological find in Tarxien
Pottery shards date back to Temple Period
Waylon Johnston

An archaeological discovery described as the most important in 18 years has been made at the site of the Tarxien temples.

Malte Environment Planning Authority (MEPA) officials discovered megaliths and other remains, which are most probably prehistoric, during development works within the buffer zone of the Neolithic Temples.

The site was described by archaeologist Kevin Borda as the most important one since a burial ground was unearthed at the Brockdorff Circle in Xagħra in 1990. It lies within a plot of land measuring 25 by eight metres towards the back of the plot.

The megaliths and boulders were found together with pottery shards made up of rims, handles and bases in an area measuring roughly four by four metres. The shards have scratched and incised motifs which date them to the Temple Period.

The discovery was made during a routine inspection by the Heritage Planning Unit within the Forward Planning Division at MEPA, following the issue of a permit for the re-development of an existing building within the buffer zone. The zone was scheduled by MEPA in 1998.

During the inspection it was noted that demolition and site clearance works had uncovered a number of features which date back to 4,100-2,500 B.C.

“The importance of the site is enhanced by the possibility that there are other structures beneath the intensive building works that were carried out in the 1980s in the Tarxien area,” Mr Borda said.

In line with the Cultural Heritage Act, 2002, MEPA has submitted the information to the Superintendence of Cultural Heritage which has confirmed the interpretation of the features as identified by the Heritage Planning Unit. The agencies are now collaborating to investigate the features and ensure their preservation.

L-Erbgħa, 2 ta’ Lulju 2008

Il-Festa Titulari mil-Lenti Tagħkom... Aktar Ritratti

Komplew jidħlu aktar ritratti tal-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata. Din id-darba mingħand Anthony Cini. Grazzi mill-qalb.

L-ewwel ritratti juri l-Istatwa Titulari ta’ Marija Annunzjata, xogħol Mastru Xandru Farrugia (1829) armata fin-navata tal-Knisja.

Ta’ min jinnota li dawn ir-ritratti ttieħdu fil-Festa tas-sena l-oħra tant li fihom jidher id-damask qabel ma sar xogħol estensiv ta’ tiswija u restawr fuqu, liema xogħol sar b’mod volontarju minn għadd ta’ ħajjata Tarxiniżi taħt il-kordinazzjoni ta’ Paul Mula.





L-aħħar ritratt juri l-istatwa ta’ l-Anġlu tal-Marċ, xogħol ta’ l-istatwarju u mgħallem tal-kartapesta Karlu Darmanin.

Dan l-Anġlu jirrappreżenta l-qerda ta’ l-ereżija ta’ Nestorju li ċaħad li l-Madonna hija Omm Alla.