
F’dawn l-aħħar jiem komplew jidħlulna aktar ritratti tal-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata. Ħajr mill-qalb lil Clyde Dalli ta’ dawn ir-ritratti.
L-ewwel ritratt juri dettal sabiħ ta’ wiċċ il-Madonna, mnaqqxa b’ħila kbira minn Xandru Farrugia (1829).
“Inti l-isbaħ fost in-nisa,
ġmielek jimla’ kullimkien,
dan ir-raħal bdiltu f’ġenna,
ġmielek jimla’ kullimkien,
dan ir-raħal bdiltu f’ġenna,
l-isbaħ opra tal-ħolqien.”
Ritratti oħrajn juru l-logħob tan-nar maħdum b’sengħa mill-membri u d-dilettanti fi ħdan l-Għaqda tan-Nar San Gabriel, kif ukoll l-armar ta’ Triq Paola u l-Marċ ta’ l-Anġlu fi tmiem in-Novena.



Ma’ dawn qed nippubblikaw ukoll ritratt sabiħ li juri l-aħħar mumenti tal-purċissjoni bl-Istatwa Titulari tal-Lunzjata hekk kif waslet f’Misraħ is-Suq, ftit tal-ħin qabel id-dħul trijonfali tagħha fil-Knisja Parrokkjali.
Ħajr mill-qalb lil Sammy Busutill ms-Sezzjoni Żgħażagħ ta’ l-Għaqda Muzikali Marija Annunzjata.
No comments:
Post a Comment