Illum is-16 ta’ Lulju l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Beata Verġni Marija, Omm u Ġmiel tal-Karmelu.
Din il-festa tattira devozzjoni kbira fil-gżejjer Maltin, frott il-ħidma tal-Patrijiet Karmelitani, partikolarment fil-lokalitajiet fejn għandhom il-kunventi tagħhom. Il-qofol tal-festa jintlaħaq illum fil-Belt Valletta, fis-Santwarju Bażilika Karmelitana.
Fid-9.15 am: Konċelebrazzjoni Solenni tal-Festa mmexxija mill-W.R. Patri Alexander Vella, O.Carm., Prijol Provinċjali, bis-sehem tar-Reliġjużi Karmelitani. Fis-6.45 pm: Purċissjoni forma ta’ pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt bil-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu.
Għalina t-Tarxiniżi l-Ordni Karmelitan għandu jsib post speċjali f’qalbna peress li jiċċelebra il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej fil-25 ta’ Marzu, bħala waħda miċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin tiegħu. Tant hu hekk li l-ewwel Knejjes Karmelitani f’Malta huma dedikati lit-Tħabbira tal-Mulej fosthom dik fl-Imdina u l-oħra tal-Lunzjata fir-Rabat.
No comments:
Post a Comment